
this post in English: https://minatolu.com/2018/12/22/adz-climate-change-demands-en/
1. Nirrikonoxxu l-impatt tal-bidla fil-klima fuq Malta.
Il-kriżi tal-klima, il-qerda tal-ambjent u l-użu żejjed u l-użu ħażin tar-riżorsi naturali qed jheddu l-benesseri tagħna. Il-Gvern ta’Malta jeħtieġ li jirrikonoxxi l-impatt tal-bidla fil-klima fuq Malta billi jieħu l-passi meħtieġa għalfutur sostenibbli. Nitolbu miri u miżuri introdotti b’liġi li torbot li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jittaffew l-effetti tal-bidla fil-klima.
2. Malta għandha timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’Pariġi dwar il-klima
– tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serrab’minimu ta’55% sal-2030 – tneħħi gradwalment l-enerġija mill-gass naturali sal-2050 u jkun hemm tranżizzjoni lejn industriji mħaddma minn enerġija rinnovabbli – trażżan l-bidla fil-klimabilli tevolvi f’ekonomija ta’ emissjonijiet netti-żero – għandu jkun hemm sistema ta’ awditjar biex il-progress lejn din it-tranzizzjoni tiġi titkejjel b’mod trasparenti.
3. Investiment f’sistemi alternattivi ta’trasport sostenibbli.
– jitfasslu kampanji edukattivi li jippromwovu ċ-ċikliżmu, il-mixi u l-użu tat-trasport pubbliku – isir investiment qawwi f’infrastruttura taċ-ċikliżmu u spazji għaċ-ċiklisti u għan-nies– ikun hemm mira ta’50% tal-vetturi li jaħdmu fuq fjuwils mhux konvenzjonali sal-2030 – tiżdied il-frekwenza u l-ammont ta’karozzi tal-linja – sussidji fuq xiri ta’roti, speċjalment għall-istudenti.

4. Sistema ta’ enerġija nadifa u djar u investiment f’bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
– tranżizzjoni lejn ekonomija ħadra u infrastruttura ta’enerġija rinnovabbli, inkluż l-enerġija solari– investiment f’teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija fil-bini ta’istituzzjonijiet pubbliċi, kif ukoll insulazzjoni effiċjenti – l-iżviluppi kollha fuq skala kbira għandhomjiġġeneraw 100% tal-enerġija meħtieġaminn sorsi nodfa u rinnovabbli.
5. Aġenzija għall-mitigazzjoni tal-effetti tal-bidla fil-klima.
Il-missjoni u r-responsabbiltajiet tagħha għandhom jinkludu dan li ġej: – tivvaluta l-impatti negattivi, ir-riskji futuri u l-perikli għall-klima; – tiżviluppa mekkaniżmibiex jiġu mitigati l-effetti tal-bidla fil-klima, strateġiji ta’ppjanar ta’ adattament u implimentazzjoni ta’ miżuri biex jittaffew dawn ir-riskji – tipprovdi qafas għall-evalwazzjoni tar-rabtiet bejn il-bidla fil-klima, il-kwalita’tal-ħajja, l-ġid ekonomiku u l-ħarsien tal-ambjent – żvilupp tal-infrastruttura u l-industriji li jgħinu fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-effetti tagħha– taħdem b’mod trasparenti bl-involviment tal-gruppi interessati u l-istakeholders kollha – timplimenta deċiżjonijiet ibbażatifuq evidenzaxjentifika – tipprovdi gwida politika u rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli.

6. L-infurzar tal-Prinċipju ‘Min Iniġġes Iħallas’.
– prezz minimu tal-karbonju għall-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni – tariffi ġodda fuq l-importazzjonijiet tal-vetturi, skont l-emissjonijiet tal-gassijiet serratagħhom.
2 responses to “It-talbiet tagħna biex il-pajjiż jinsirizza l-Bidla fil-Klima – ADŻ”
[…] Aqra t-talbiet bil-Malti: https://minatolu.com/2018/12/22/adz-climate-change-demands-mt/ […]
LikeLike
[…] Tolu spjegat it-talbiet li tħejjew minn Alternattiva Demokratika Żgħażagħ, liema talbiet jirriflettu anke t-talbiet li […]
LikeLike